L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-2,8-19
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:32-39
Salm: 36 (37):3-4,5-6,23-24,39-40

L-Evanġelju: Mk 4:26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:19-25
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Mk 4:21-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”.

U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:11-18
Salm: 109 (110):1,2,3,4

L-Evanġelju: Mk 4:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:1-10
Salm: 39 (40):2 u 4ab,7-8a,10,11

L-Evanġelju: Mark 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9:15,24-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Mark 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8:2-4a,5-6,8-10
Salm: 18 (19):8,9,10,15
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:12-30

L-Evanġelju: Lq 1:1-4; 4:14-21

Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma. Hekk ukoll jien, għażiż Teofilu, wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kulma ġara sa mill-bidunett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b’ħaġa, biex tagħraf sewwa l-verità sħiħa dwar kulma tgħallimt… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 8:6-13
Salm: 84 (85):8 u 10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Mk 3:13-19

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7:25 – 8:6
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Mk 3:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »