L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 24:8-17
Salm: 78 (79),:1-2,3-5,8,9

L-Evanġelju: Mt 7:21-29

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: ‘Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Imbagħad jien ngħidilhom: ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 22:8-13; 23:1-3
Salm: 118 (119):33,34,35,36,37,40

L-Evanġelju: Mt 7:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 19:9b-11,14-21,31-35a,36
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,10-11

L-Evanġelju: Mt 7:6,12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.

Għaddu mill-bieb id-dejjaq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 38:1,8-11
Salm: 106(107):23-24,25-26,28-29,30-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:14-17

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Darba, filgħaxija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 24:17-25
Salm: 88 (89):4-5,29-30,31-32,33-34

L-Evanġelju: Mt 6:24-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.

Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 11:1-4,9-18,20
Salm: 131 (132):11,12,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 6:19-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sirak 48:1-14
Salm: 96 (97):1-2.3-4.5-6.7

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 2:1,6-14
Salm: 30 (31):20,21,24

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 21:17-29
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,11 u 16

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »