L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9:6-10
Salm: 111:1-2,5-9

L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2:16b,17b,21-22
Salm: 44:11-12,14-17

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 12:1-13
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,6bċ-7,12-13

L-Evanġelju: Mt 14:22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11:4b-15
Salm: 80 (81):12-13,14-15,16-17

L-Evanġelju: Mt 14:13-21

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:9-10,13-14
Salm: 96:1-2,5-6,9
It-Tieni Qari: 2 Pietru 1:16-19
L-Evanġelju: Mt 17:1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 25:1,8-17
Salm: 66 (67):2-3,5,7-8

L-Evanġelju: Mt 14:1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”

Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 23:1,4-11,15-16,27,34b-37
Salm: 80 (81):3-4,5-6ab,10-11ab

L-Evanġelju: Mt 13:54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 40:16-21,34-38
Salm: 83 (84):3,4,5-6a u 8a,11

L-Evanġelju: Mt 13:47-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 34:29-35
Salm: 98 (99):5,6,7,9

L-Evanġelju: Mt 13:44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 33:7-11; 34:5b-9,28
Salm: 102 (103):6-7,8-9,10-11,12-13

L-Evanġelju: Mt 13:36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”. U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli… Kompli aqra »