L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32:15-24,30-34
Salm: 105 (106):19-20,21-22,23

L-Evanġelju: Mt 13:31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.”

Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.”

Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal: “Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.”

Qaddis tal-jum: San Injazju ta’ Loyola, Presbiteru Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 3:5,7-12
Salm: 118 (119):57,72,76-77,127-128,129-130
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 13:44-52

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4:7-16
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 11:19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.”

Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 20:1-17
Salm: 18 (19):8,9,10,11

L-Evanġelju: Mt 13:18-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija.

Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Eżodu 19:1-2,9-11,16-20b
Salm:  Dan 3:52,53,54,55,56

L-Evanġelju: Mt 13:10-17

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù d-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-arabboli?”. 

Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 16:1-5,9-15
Salm: 77 (78):18-19,23-24,25-26,27-28

L-Evanġelju: Mt 13:1-9

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt.

Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4: 7-15
Salm: 125: 1-6

L-Evanġelju: Mt 20:20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 14:5-18
Salm: 15:1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 12:38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 12:13,16-19
Salm: 85 (86):5-6,9-10,15-16a
It-Tieni Qari: Rum 8:26-27

L-Evanġelju: Mt 13:24-43

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

Santa Marija Maddalena – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għan 3:1-4a jew 2 Kor 5:14-17
Salm: 62:2-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 20:1-2,11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù… Kompli aqra »