L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 2:1-19
Salm: 33:2-4,6,9,12,14-15

L-Evanġelju: Mt 19:27-29

F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel.

U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.”

Qaddis tal-Jum: San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 28:10-22a
Salm: 90 (91):1-2,3-4,14-15ab

L-Evanġelju: Mt 9:18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”

Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejqitek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 9:9-10
Salm: 144 (145):1-2,8-9,10-11,13ċd-14
It-Tieni Qari: Rum 8:9,11-13

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 27:1-5,15-29
Salm: 134 (135):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 9:14-17

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 23:1-4,19; 24:1-8,62-67
Salm: 105 (106):1-2.3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22:1-19
Salm: 116 (117):1-2,3-4,5-6,8-9

L-Evanġelju: Mt 9:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.”

Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”. Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 21:5,8-20
Salm: 33 (34):7-8,10-11,12-13

L-Evanġelju: Mt 8:28-34

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq. U nfexxew jgħajtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?”

Mela ftit ’il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer tirgħa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 19:15-29
Salm: 25 (26):2-3,9-10,11-12

L-Evanġelju: Mt 8:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”. U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?”

Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ef 2:19-22
Salm: 116:1,2

L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Lulju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 4:8-11,14-16a
Salm: 88 (89):2-3,16-17,18-19
It-Tieni Qari: Rum 6:3-4,8-11

L-Evanġelju: Mt 10:37-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi. U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi… Kompli aqra »