L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9:6-11
Salm: 111 (112):1-2,3-4,9

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 8:1-9
Salm: 145 (146):1b-2,5-6,7,8-9a

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 6:1-10
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Mt 5:38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Ġunju

Il-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 19:2-6a
Salm: 99 (100):2,3,5
It-Tieni Qari: Rum 5:6-11

L-Evanġelju: Mt 9:36 – 10:8

F’dak iż-żmien, Ġesù ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 61:9-11
Salm: 1 Sam 2:1,4,2,8

L-Evanġelju: Lq 2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 7:6-11
Salm: 102 (103):1-2,3-4,6-7,8,10
It-Tieni Qari: 1 Ġw 4:7-16

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 3:15 – 4:1,3-6
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 3:4-11
Salm: 98 (99):5,6,7,8,9

L-Evanġelju: Mt 5:17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 1:8-22
Salm: 118 (119):129,130,131,132,133,135

L-Evanġelju: Mt 5:13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 1:1-7
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 5:1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

“Henjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin l-imnikkta,
għax huma jkunu mfarrġa.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa,
għax huma jkollhom b’wirthom l-art… Kompli aqra »