L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Ġunju

Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 8:2-3,14b-16a
Salm: 146(147):12-13,14-15,19-20
It-Tieni Qari: 1 Kor 10:16-17

L-Evanġelju: Ġw 6:51-58

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 12:1,5-15,20
Salm: Tob 13:2,6,7,8

L-Evanġelju: Mk 12:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù, hu u jgħallem lin-nies fit-tempju qalilhom: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 11:5-17
Salm: 145 (146):1b-2abċ,6ċ-7,8-9a,9bċ-10

L-Evanġelju: Mk 12:35-37

F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: ‘Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk’. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 6:10-11; 7:1,9-17; 8:4-9a
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Mk 12:28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 3:1-11a,16-17a
Salm: 24 (25):2-3a,4b-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mk 12:18-27

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 2:9-14
Salm: 111 (112):1-2,7bċ-8,9

L-Evanġelju: Mk 12:13-17

F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 1:3; 2:1a-8
Salm: 111 (112):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 12:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jkellem lill-qassisin, lill-kittieba u lix-xjuħ tal-poplu bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott tal-għalqa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Ġunju

It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 34, 4b-6.8-9
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56
It-Tieni Qari: 2 Kor 13, 11-13

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:  “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 51:17-27
Salm: 18 (19):8,9,10,11

L-Evanġelju: Mk 11:27-33

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”. Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 44:1,9-13
Salm: 149 (150):1-2,3-4,5-6a & 9b

L-Evanġelju: Mk 11:11-26

Wara d-daħla messjanika f’Ġerusalemm, Ġesù baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax.

L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu mhuwiex żmienu… Kompli aqra »