L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 42:15-26
Salm: 32 (33):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 10:46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18
Salm: 12:2-6

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35:1-15
Salm: 49 (50):5-6,7-8,14 u 23

L-Evanġelju: Mk 10:28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

Marija Omm il-Knisja – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20 jew Atti 1:12-14
Salm: 86 (87):1-2,3 u 5, 6-7

L-Evanġelju: Ġw 19:25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Mejju

Għid il-Ħamsin – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:1-11
Salm: 103 (104):1ab,24aċ,29bċ-30,31,34
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:3b-7,12-13

L-Evanġelju: Ġw 20:19-23

Dak il-Ħadd fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”.

Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28:16-20,30-31
Salm: 10 (11):4,5 u 7

L-Evanġelju: Ġw 21:20-25

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”. Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 25:13b-21
Salm: 102 (103):1-2,11-12,19-20ab

L-Evanġelju: Ġw 21:15-19

F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:30; 23:6-11
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11

L-Evanġelju: Ġw 17:20-26

F’dak iż-żmien, 1Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:28-38
Salm: 67 (68):29-30,33-35a,35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17:11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:17-27
Salm: 67 (68):10-11,20-21

L-Evanġelju: Ġw 17:1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.

Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »