L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:22-31
Salm: 56 (57):8-9,10-12

L-Evanġelju: Ġw 15:12-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:7-21
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,10

L-Evanġelju: Ġw 15:9-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ”. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:1-6
Salm: 121 (122), 1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Ġw 15:4a,5b

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21:11-17, 21
Salm: 119:33-42
It-Tieni Qari: 2 Tim 2:1-11

L-Evanġelju: Mk 16:14a,15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:5-18
Salm: 113B (115):1-2,3-4,15-16

L-Evanġelju: Ġw 14:21-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” 

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:1-7
Salm: 32 (33):1-2,4-5,18-19
It-Tieni Qari: 1 Piet 2:4-9

L-Evanġelju: Ġw 14:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?”. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:44-52
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 14:7-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh”. Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”. Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli: “Urina l-Missier”? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:26-33
Salm: 2:6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Ġw 14:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:13-25
Salm: 88 (89):2-3,21-22,25,27

L-Evanġelju: Ġw 13:16-20

Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:1-8
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Ġw 14:6-14

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »