L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4:1-5,11
Salm: 77 (78):3 u 4bċ,6ċ-7,8

L-Evanġelju: Mk 2:1-12

Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 3:7-14
Salm: 94 (95):6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Mark 1:40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2:14-18
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 1:29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2:5-12
Salm: 8:2a u 5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 1:21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42:1-4,6-7
Salm: 28 (29):1a-2,3aċ-4,3b u 9b-10
It-Tieni Qari: Atti 10:34-38

L-Evanġelju: Mt 3:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u inti tiġi għandi?”. Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu, biex intemmu s-sewwa kollu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60:1-6
Salm: 71 (72):1-2,7-8,10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3:2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2:1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:14-21
Salm: 149:1-2,3-4,5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 2:1-11

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:5-13
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu”.

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:11-21
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Ġw 1:43-51

F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?”. Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »