L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?”. Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

L-Isem Imqaddes ta’ Alla
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:29 – 3:6
Salm: 97 (98):1,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Ġw 1:29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”. Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:22-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1:19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6:22-27
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Gal 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 2:16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:18-21
Salm: 95 (96):1-2,11-12,13

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 3:2-6,12-14
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5
It-Tieni Qari: Kol 3:12-21

L-Evanġelju: Mt 2:13-15,19-23

Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:3-11
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,5b-6

L-Evanġelju: Lq 2:22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm: 123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1: 1-4
Salm: 96: 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20: 2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59
Salm: 30:3cd-4,6ab,7b,8a,16

L-Evanġelju: Mt 10:17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.  … Kompli aqra »