L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:7-10
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1:1-6

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:1-5,8b-12,14a,16
Salm: 88 (89):2-3,4-5,27 u 29

L-Evanġelju: Lq 1:67-79

F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid: “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4,23-24
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,8-9,10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1:57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:24-28
Salm: 1 Sam 2:1,4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Lq 1:46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2:8-14 jew Sof 3:14-18a
Salm: 32 (33):2-3,11-12,20-21

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23 (24):1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13:2-7,24-25a
Salm: 70 (71):3-4a,5-6ab,16-17

L-Evanġelju: Lq 1:5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23(24):1-2,3-4ab,5-6
It-Tieni Qari: Rum 1:1-7

L-Evanġelju:  Mt 1:18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49:2,8-10
Salm: 71 (72):1- 2,3-4ab,7-8,17

L-Evanġelju: Mt 1:1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 56:1-3a,6-8
Salm: 66 (67):2-3,5,7-8

L-Evanġelju: Ġw 5:33-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu. Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta’ Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni”… Kompli aqra »