L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 54:1-10
Salm: 29 (30):2 u 4,5-6,11-12a u 13b

L-Evanġelju: Lq 7:24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

L-Ewwel Qari: Iż 45:6b-8,18,21b-25
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 7:19-23

F’dak iż-żmien, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”. Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”.

Dak il-ħin stess Ġesù fejjaq ħafna nies mill-mard, mit-tbatijiet u mill-ispirti ħżiena, u lil bosta għomja għoġbu jagħtihom id-dawl… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:1-2,9-13
Salm: 33 (34):2-3,6-7,17-18,19 u 23

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”. U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 24:2-7,15-17a
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 21:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”.

U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 35:1-6a,10
Salm: 146 (147):7,8-9a,9bc-10
It-Tieni Qari: Ġak 5:7-10

L-Evanġelju: Mt 11:2-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni, li kien fil-ħabs, sama’ bl-għemejjel tal-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u qallu: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”.

Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar lill-foqra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Loreto
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48:1-4,9-11
Salm: 79 (80):2aċ u 3b,15-16,18-19

L-Evanġelju: Mt 17:10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”. Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 48:17-19
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Mt 11:16-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”

Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20
Salm: 97:1-4
It-Tieni Qari: Efes 1:3-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:25-31
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8 u 10

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Qaddis tal-jum: San Ambroġ, isqof u duttur tal-Knisja Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:1-11
Salm: 95 (96):1-2,3 u 10aċ,11-12,13

L-Evanġelju: Mt 18:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu… Kompli aqra »