L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 20:1-4,11 – 21:2
Salm: 83 (84):3,4,5-6a u 8a

L-Evanġelju: Lq 21:29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 18:1-2,21-23; 19:1-3,9a
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Lq 21:20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 15:1-4
Salm: 97 (98):1,2-3ab,7-8,9

L-Evanġelju: Lq 21:12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14, 14-19
Salm: 95 (96), 10.11-12.13

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2:14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”

Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Novembru

L-Erbgħa u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5:1-3
Salm: 121 (122):1-2,4-5
It-Tieni Qari: Kol 1:12-20

L-Evanġelju: Lq 23:35-43

F’dak iż-żmien, wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:4-12
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Lq 20:27-40

F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”. Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10:8-11
Salm: 118 (119):14,24,72,103,111,131

L-Evanġelju: Lq 19:45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 5:1-10
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Lq 19:41-44

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk!

Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 4:1-11
Salm: 150:1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 19:11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: “Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi”… Kompli aqra »