L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 3:1-6,14-22
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 1:1-4; 2:1-5a
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 18:35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”. Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:19-20a
Salm: 97 (98):5-6,7-8,9a,9bċ
It-Tieni Qari: 2 Tess 3:7-12

L-Evanġelju: Lq 21:5-19

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 3 Ġw 1:5-8
Salm: 111 (112):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 18:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: “Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Ġw 1:4-9
Salm: 118 (119):1,2,10,11,17,18

L-Evanġelju: Lq 17:26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 1:7-20
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bċ-10

L-Evanġelju: Lq 17:20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”. 

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 3: 9b-11.16-17

L-Evanġelju: Ġw 2:13-22

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?”

Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.” Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 2:1-8,11-14
Salm: 36 (37):3-4,18 u 23,27 u 29

L-Evanġelju: Lq 17:7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel”? jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int”? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 1:1-9
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 17:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Makk 7:1-2,9-14
Salm: 16 (17):1,5-6,8b u 15
It-Tieni Qari: 2 Tess 2:16 – 3:5

L-Evanġelju: Lq 20:27-38

F’dak iż-żmien, resqu fuqu xi wħud mis-sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”… Kompli aqra »