L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 4:10-19
Salm: 111 (112):1-2,5-6,8a u 9

L-Evanġelju: Lq 16:9-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 3:17 – 4:1
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Lq 16:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù 1qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 3:3-8a
Salm: 104 (105):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 15:1-10

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”.

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1,23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1,23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 2:1-4
Salm: 130 (131):1,2,3

L-Evanġelju: Lq 14:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kap tal-fariżej li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Ottubru

Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 11:22 – 12:2
Salm: 144 (145):1-2,8-9,10-11,13ċd-14
It-Tieni Qari: 2 Tess 1:11 – 2:2

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 1:18b-26
Salm: 41 (42):2,3,5bċd

L-Evanġelju: Lq 14:1,7-11

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2:19-22
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Lq 6:12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6:10-20
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Lq 13:31-35

Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok”. U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi: “Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm”… Kompli aqra »