L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Ottubru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 17:8-13
Salm: 120 (121):1-2,3-4,5-6,7-8
It-Tieni Qari: 2 Tim 3:14 – 4:2

L-Evanġelju: Lq 18:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu.

Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:15-23
Salm: 8:2-3a,4-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 12:8-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.

U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:11-14
Salm: 32 (33):1-2,4-5,12-13

L-Evanġelju: Lq 12:1-7

F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesù qabad jgħid l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kulma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kulma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1:1-10
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 11:47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5:18-25
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 11:42-46

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal:  “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5:1-6
Salm: 118 (119):41,43,44,45,47,48

L-Evanġelju: Lq 11:37-41

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 4:22-24,26-27,31 – 5:1
Salm: 112 (113):1-2,3-4,5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:14-17
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4
It-Tieni Qari: 2 Tim 2:8-13

L-Evanġelju: Lq 17:11-19

Ġara li huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 8:22-23,27-30
Salm: 83:3-5,10-11

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.

Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u tela’ ma’ tina selvaġġa, għax minn dik in-naħa kien sa jgħaddi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 3:7-14
Salm: 9:2-3,6 u 16:8-9

L-Evanġelju: Lq 11:15-26

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »