L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4:7-16
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 11:19-27

Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.”

Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:1-6
Salm: 145 (146):2abċ,2d-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 13:47-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.

Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 15:10,16-21
Salm: 58 (59):2-3,4-5a,10-11,17,18

L-Evanġelju: Mt 13:44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 14:17-22
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Mt 13:36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.”

U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4:7-15
Salm: 125:1-6

L-Evanġelju: Mt 20:20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18:20-32
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,6-7ab,7ċ-8
It-Tieni Qari: Kol 2:12-14

L-Evanġelju: Lq 11:1-13

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: ‘Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

Santa Briġida tal-Iżvezja, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2:19-20
Salm: 33:2-11

L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

Santa Marija Maddalena – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għan 3:1-4a
Salm: 62:2-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 20:1-2,11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 2:1-3,7-8,12-13
Salm: 35 (36):6-7ab,8-9,10-11

L-Evanġelju: Mt 13:10-17

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù d-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-arabboli?”. Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:1,4-10
Salm: 70 (71):1-2,3-4a,5-6ab,15ab u 17

L-Evanġelju: Mt 13:1-9

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt.

Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’… Kompli aqra »