L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 7:14-15,18-20
Salm: 84 (85):2-4,5-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”. Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. 

Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 6:1-4,6-8
Salm: 49 (50):5-6,8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 12:38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18:1-10a
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab, 5
It-Tieni Qari: Kol 1:24-28

L-Evanġelju: Lq 10:38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 18:42b-45a
Salm: 14:1-4

L-Evanġelju: Ġwanni 19:25-27

F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 38:1-6,21-22,7-8
Salm: Is 38:10,11,12abċd,16

L-Evanġelju: Mt 12:1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 26:7-9,12,16-19
Salm: 101 (102):13-14ab u 15,16-18,19-21

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Qaddis tal-jum: San Kamillu de Lellis, presbiteru Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 10:5-7,13-16
Salm: 93 (94):5-6,7-8,9-10,14-15

L-Evanġelju: Mt 11:25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7:1-9
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,5-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 11:20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 2:1-19
Salm: 33:2-4,6,9,12,14-15

L-Evanġelju: Mt 19:27-29

F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:10-14
Salm: 68 (69):14 u 17,30-31,33-34,36ab u 37
It-Tieni Qari: Kol 1:15-20

L-Evanġelju: Lq 10,:25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »