L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 6:1-8
Salm: 92 (93):1ab,1ċ-2.5

L-Evanġelju: Mt 10:24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14:2-10
Salm: 50 (51):3-4,8-9,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Mt 10:16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 11:1-4,8ċ-9
Salm: 79 (80):2aċ u 3b,15-16

L-Evanġelju: Mt 10, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 10:1-3,7-8,12
Salm: 104 (105):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mt 10:1-7

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.

L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 8:4-7,11-13
Salm: 113 B (115):3-4,5-6,7ab-8,9-10

L-Evanġelju: Mt 9:32-38

F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”.

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2, 16.17b-18.21-22
Salm: 144 (145), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 66:10-14ċ
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a,16 u 20
It-Tieni Qari: Gal 6:14-18

L-Evanġelju: Lq 10:1-12,17-20

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit! Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 9:11-15
Salm: 84 (85):9.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 9:14-17

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-6,9-12
Salm: 18 (119):2,10,20,30,40,131

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Għam 7:10-17
Salm: 18:8,9,10,11

L-Evanġelju: Mt 9:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”. Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”.

Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? … Kompli aqra »