L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”.

Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Mejju

Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:1-11
Salm: 46 (47):2-3,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Lhud 9:24-28; 10:19-23

L-Evanġelju: Lq 24:46-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18:23-28
Salm: 46 (47):2-3,8-9,10

L-Evanġelju: Ġw 16:23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.

Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18:9-18
Salm: 46 (47):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 16:20-23a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18:1-8
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 16:16-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 17:15, 22 – 18:1
Salm: 148:1-2,11-12ab,12ċ-13a,13bċd-14

L-Evanġelju: Ġw 16:12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.

Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:22-34
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8

L-Evanġelju: Ġw 16:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:11-15
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 15:26 – 16:4a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.

Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Mejju

Is-Sitt Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:1-2,22-29
Salm: 66 (67):2-3,5,6 u 8
It-Tieni Qari: Apok 21:10-14,22-23

L-Evanġelju: Ġw 14:23-29

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:1-10
Salm: 99 (100):1-2,3,5

L-Evanġelju: Ġw 15:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu… Kompli aqra »