L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:22-31
Salm: 56 (57):8-9,10-12

L-Evanġelju: Ġw 15:12-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:7-21
Salm: Salm 95 (96):1-2a,2b-3,10

L-Evanġelju: Ġw 15:9-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ”. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:1-6
Salm: 121 (122), 1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Ġw 15:4a,5b

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:19-28
Salm: 144 (145):10-11,12-13ab,21

L-Evanġelju: Ġw 14:27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:5-18
Salm: 113B (115):1-2,3-4,15-16

L-Evanġelju: Ġw 14:21-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” 

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:21b-27
Salm: 144 (145):8-9,10-11,12-13ab
It-Tieni Qari: Apok 21:1-5a

L-Evanġelju: Ġw 13:31-33a,34-35

Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:15-17,20-26
Salm: 112:1-8

L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu.

Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima – Tifkira

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:26-33
Salm: 2:6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Ġw 14:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:13-25
Salm: 88 (89):2-3,21-22,25,27

L-Evanġelju: Ġw 13:16-20

Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:24 – 13,5a
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8

L-Evanġelju: Ġw 12:44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja… Kompli aqra »