L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:19-26
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 10:22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21:11-17, 21
Salm: 119:33-42
It-Tieni Qari: 2 Tim 2:1-11

L-Evanġelju: Mk 16:14a,15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Mejju

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:14,43-52
Salm: 99 (100): 2,3,5
It-Tieni Qari: Apok 7:9,14b-17

L-Evanġelju: Ġw 10:27-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9:31-42
Salm: 115 (116):12-13,14-15,16-17

L-Evanġelju: Ġw 6:60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9:1-20
Salm: 116 (117):1.2

L-Evanġelju: Ġw 6:52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” .Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:26-40
Salm: 65 (66):8-9,16-17,20

L-Evanġelju: Ġw 6:44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:1b-8
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a
L-Evanġelju: Ġw 6:35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1Kor 15:1-8
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Ġw 14:6-14

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-15
Salm: 118 (119):23-24,26-27,29-30

L-Evanġelju: Ġw 6:22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Mejju

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27b-32,40b-41
Salm: 29(30):2,4,5,6,11,12a,13b
It-Tieni Qari: Apok 5:11-14

L-Evanġelju: Ġw 21:1-19

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien. Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »