L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19

L-Evanġelju: Ġw 6:16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102:1-4,8-9,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20

L-Evanġelju: Ġw 3:31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:17-26
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 3:16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:32-37
Salm: 92 (93):1ab,1c-2,5

L-Evanġelju: Ġw 3:7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”. “Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu.

U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:5b-14
Salm: 88:2-3,6-7,16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ April

Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:12-16
Salm: 117(118):2-4,22-24,25-27a
It-Tieni Qari: Apok 1:9-11a,12-13,17-19

L-Evanġelju: Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Is-Sibt
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:13-21
Salm: 117 (118):1,14-15,16ab-18,19-21

L-Evanġelju: Mk 16:9-15

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ġimgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:1-12
Salm: 117 (118):1-2 u 4,22-24,25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:11-26
Salm: 8:2a,5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? … Kompli aqra »