L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 10 ta’ April

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7
Salm: 21 (22), 8-9.17-18a.19-20.23-24
It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11

L-Evanġelju: Lq 22:14 – 23, 56

I

K Meta sar il-ħin, Ġesù qagħad fuq il-mejda flimkien mal-appostli, u qalilhom:

“Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:21-28
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Ġw 11:45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa ta’ Devozzjoni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,5-6,7

L-Evanġelju: Ġw 10: 31-42

F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?”. Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17:3-9
Salm: 104 (105):4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 8:51-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”.

Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:14-20,91-92,95
Salm: Dan 3:52,53-54,55-56

L-Evanġelju: Ġw 8:31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 21:4-9
Salm: 101 (102):2-3,16-18,19-21

L-Evanġelju: Ġw 8:21-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 13:1-9,15-17,19-30,33-62
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Ġw 8:12-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad ikellem lill-Fariżej u jgħidilhom: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja”. Qalulu l-Fariżej: “Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek mhix minnha”.

Weġibhom Ġesù: “U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ April

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 43:16-21
Salm: 125 (126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Fil 3:8-14

L-Evanġelju: Ġw 8:1-11

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11:18-20
Salm: 7:2-3,9bċ-10,11-12

L-Evanġelju: Ġw 7:40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”. Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:1a,12-22
Salm: 33 (34):17-18,19-20,21,23

L-Evanġelju: Ġw 7:1-2,10,25-30

F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? … Kompli aqra »