L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:1-15a
Salm: 41 (42):2,3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Lq 4:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Marzu

It-tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Eż 3:1-8a,13-15
Salm: 102(103):1-2,3-4,6-7,8,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 10:1-6,10-12

L-Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-5a,12-14a,16
Salm: 88:2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum 4:13,16-18,22

L-Evanġelju: Mt 1:16,18-21,24a (jew jista’ jinqara Lq 2:41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 37:3-4,12-13a,17b-28
Salm: 104 (105):16-17,18-19,20-21

L-Evanġelju: Mt 21:33-43,45-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17:5-10
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:18-20
Salm: 30 (31):5-6,14,15-16

L-Evanġelju: Mt 20:17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1:10,16-20
Salm: 49 (50): 8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79): 8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Marzu

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15:5-12,17-18
Salm: 26(27):1,7-8,9,13-14
It-Tieni Qari: Fil 3:17–4:1

L-Evanġelju: Lq 9:28b-36

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm… Kompli aqra »