L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:21-28
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,4ċ-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Est 4:17 n,p-r,aa-bb,gg-hh
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8

L-Evanġelju: Mt 7:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-10
Salm: 50 (51):3-4,12-13,18-19

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 8 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Marzu

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:4-10
Salm: 90(91):1-2,10-11,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Rum 10:8-13

L-Evanġelju: Lq 4:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:9b-14
Salm: 85 (86):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:1-9a
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,18-19

L-Evanġelju: Mt 9:14-15

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:15-20
Salm: 1:1-2,3,4,6

L-Evanġelju: Lq 9:22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.
Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha… Kompli aqra »