L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 15:13-14,30; 16:5-13a
Salm: 3:2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mk 5:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu 1waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:4-5,17-19
Salm: Salm 70(71):1-2,3-4a,5-6ab,15ab,17
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:31; 13:1-13

L-Evanġelju: Lq 4:21-30

F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. 

Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 12:1-7a,10-17
Salm: 50 (51):12-13,14-15,16-17

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma.

Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 11:1-4a,5-10a,13-17
Salm: Salm 50 (51):3-4,5-6a,6bċ-7,10-11

L-Evanġelju: Mk 4:26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:18-19,24-29
Salm: 131 (132):1-2,3-5,11,12,13-14

L-Evanġelju: Mark 4:21-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”. U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5:1-7,10
Salm: 88 (89): 20,21-22,25-26

L-Evanġelju: Mk 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Ġesù sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 2-4a. 5-6. 8-10
Salm: 18 (19), 8. 9. 10. 15
It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 12-30

L-Evanġelju: Lq 1, 1-4; 4, 14-21

Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

San Publju, Prinċep ta’ Malta
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28,1-10
Salm: 15, 1-2.5. 7-8. 11

L-Evanġelju: Mt 25, 31-40

«Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »