L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 3, 1-10.19-20
Salm: 39 (40), 2 u 5.7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Mk 1, 29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 9-20
Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

L-Evanġelju: Mk 1, 21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 1-8
Salm: 115 (116), 12-13.14-17.18-19

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum
Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa

L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
Salm: 103 (104), 1b-2.3-4.24-25.27-28.29-30
It-Tieni Qari: Titu 2, 11-14; 3, 4-7

L-Evanġelju: Lq 3, 15-16. 21-22

F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 3, 22-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 5-13
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 5, 12-16

Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih il-lebbra marritlu. Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 19 -5,4
Salm: 71 (72), 2.14 u 15bċ.17

L-Evanġelju: Lq 4, 14-22a

F’dak iż-żmien, Ġesù, bil-qawwa tal-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd.

U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 11-18
Salm: 71 (72), 2.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mk 6, 45-52

Wara li l-ħamest elef raġel kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob.

Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
Salm: 2, 7-8.10-11

L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »