Għaliex Iva?!

Għaliex iva?! | Ep. 6: Dun Bernard Micallef

Din il-poddata teħodna fil-kor tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, il-post li jqanqal f’Dun Bernard Micallef ħafna nostalġija mit-tfulija u li minn hemmhekk beda t-triq lejn is-saċerdozju. Fr Bernard, it-tielet wild minn sitta, jirrakkonta kif l-esperjenzi sbieħ tiegħu mal-abbatini, fil-MUSEUM u fiż-ŻAK huma l-għeruq li sawruh fil-bniedem li hu llum. Anke jekk minn età żgħira ħass is-sejħa lejn is-saċerdozju, il-ħajja għaddietu minn diversi esperjenzi qabel id-dħul fis-seminarju… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 5: Dun Franco Fenech

F’dan l-episodju niltaqgħu ma’ Dun Franco Fenech li twieled u trabba l-Marsa. Ilu saċerdot għal dawn l-aħħar 30 sena, li kważi nofshom qattagħhom f’ħidma dedikata mar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Jgħid ukoll għaliex għażel jimxi minn patri Franġiskan u għal saċerdot djoċesan. Dawn huma ftit mill-ħafna esperjenzji mill-ħajja mżewqa ta’ Dun Franco; inkluż r-ribelljoni kbira li kellu lejn Alla wara l-mewt ta’ ħuh.

Għaliex iva?! … Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 4: Dun Victor Agius

Dun Victor Agius jirrakkonta ħafna mumenti sbieħ u oħrajn kemmxejn iktar diffiċli li sawru s-saċerdozju tiegħu. Minn tfajjel imrobbi Raħal Ġdid għal raġel b’esperjenzi missjunarji li ħaduh iċ-Ċina, il-Filippini, il-Kanada u ħafna pajjiżi oħra. Dan l-episodju ta’ Għaliex Iva?! hu dwar il-vjaġġ ta’ 50 sena ta’ Dun Victor Agius bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 3: Dun James Saydon

Dun James Saydon hu d-Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof. Jitkellem dwar il-ħsibijiet, id-dubji u l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom minn meta ħass is-sejħa tal-Mulej, b’mod speċjali fl-aħħar 8 snin bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 2: Dun Anton Gouder

Dun Anton Gouder huwa mill-parroċċa tal-Isla, iservi bħala Mħallef fit-Tribunal tal-Knisja u jgħix fid-dar tal-Kleru. Ilu saċerdot 46 sena u l-bagalja tiegħu hi waħda mimlija sew b’esperjenzi u ministeri differenti. Fost l-oħrajn huwa kien Kappillan fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, Rettur tas-Seminarju u kif ukoll Vigarju Ġenerali. Għalkemm sab diversi affarijiet diffiċli ma’ wiċċu, qatt ma ġieh dubju jew iddispjaċieh li qal iva għas-sejħa tal-Mulej.

Għaliex iva?! … Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 1: Dun Martin Micallef

Dun Martin Micallef hu d-Direttur tad-Dar tal-Providenza, dilettant tal-fotografija, u ma jżommx lura milli jgħid xi ċajta ’l hawn jew ’l hemm. F’dan il-podcast jaqsam l-istorja tal-vokazzjoni tieghu u dwar kemm sabha diffiċli biex jgħid lil tad-dar. Daħal saċerdot minħabba li zijuh kien qassis u miet żgħir, u xtaq ikompli dak li beda hu. Dun Martin jistqarr li ma setax jorqod meta sar jaf li se jsir direttur tad-Dar tal-Providenza… Kompli aqra »