Podcast

Aħseb u Ara | Ep. 2: Il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

It-tieni episodju ta’ Aħseb u Ara jintroduċi f’aktar dettall it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Jissemmew is-seba’ prinċipji ewlenin tat-Tagħlim, filwaqt li tingħata enfasi partikolari lid-dinjità tal-bniedem. Parti mid-diskussjoni ddur ma’ x’inhuma l-konsegwenzi meta dawn il-prinċipji ma jitħarsux.

🎙️ Mistiedna

Giulia Privitelli
Adam McCarthy

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 1: Id-Diskors

It-tema tal-ewwel episodju ta’ Aħseb u Ara hi l-polarizzazzjoni fid-diskors, għalfejn tiġri, u kif qed tikber. Tissemma l-importanza tal-laqgħa mal-“ieħor”, kemm f’dak li naqblu kif ukoll f’dak li ma naqblux. X’nistgħu nagħmlu biex id-djalogu jġib għaqda u mhux firda?

🎙️ Mistiedna

Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Benjamin Flores-Martin – Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Rethink | Ep.1: L-erbat irjieħ tal-bidla

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Bishop Joe’s Podcasts (3)

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: il-gradwazzjoni tal-istudenti universitarji, l-Assemblea Djoċesana tal-Arċidjocesi ta’ Malta li se tkun dwar il-pjan pastorali u ċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li ser issir il-Ħadd 24 ta’ Novembru.    

Din l-intervista xxandret fuq 103 fis-17 ta’ Novembru 2019. Kompli aqra »

Bishop Joe’s Podcasts (2)

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: l-amministrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof, ix-Xahar Straordinarju tal-Missjoni, il-Viżta Pastorali li l-Isqof Galea-Curmi ser jagħmel fil-parroċċa tal-Imsida, bejn il-15 u l-24 ta’ Novembru.

Din l-intervista xxandret fuq 103, fis-27 ta’ Ottubru 2019 Kompli aqra »

Bishop Joe’s Podcasts

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: il-ħatra tal-Isqof Mario Grech biex iservi fil-Vatikan, il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati u li ħadd m’għandu jispiċċa skart tal-istorja, u l-ħidma tal-Knisja f’Malta biex tilqa’ u tintegra lill-immigranti fil-komunità

Din l-intervista xxandret fuq 103, fis-6 ta’ Ottubru 2019 Kompli aqra »