Riflessjonijiet

Fid-dmugħ tiegħek

Poeżija ta' Patri Mario Attard OFM Cap

Rajtek ħdejn il-bieb biswit il-kappella
F’kuritur mimli b’nies ilkoll għaddejjin,
Fraħna ħafna meta erġajna ltajna
Wara waqfa ta’ tant żmien, it-tnejn sejrin.

Ħelu l-kumment tiegħek li kkummentajtli
Biex nieħu ħsieb dik iż-żaqq li tant tidher,
Kull telespettatur għid li se jaraha
W jien erħili ngħidilhom: “Kemm qed nikber”.

Imbagħad kif id-diskors dar bħaċ-ċirasa
U fettilli nsaqsik dwar l-għeżież tiegħek,
Hemmhekk gelgel minn għajnejk dmugħek ħelu
Kollu mrar, x’toqol kbir qed iġġorr miegħek… Kompli aqra »

Għażiż Pawlu

Daqs jumejn ilu Malta u Għawdex, li lanqas int ma ħlomt li kellek tinkalja magħhom, regħdu kullimkien b’sinjal ta’ festa lilek. Il-qniepen tal-knejjes tagħna ma waqfux idoqqu bil-ferħ f’jum il-festa ta’ meta nkaljat ruħek ma’ xtutna.

Pawlu, Pawlu, li l-Mulej biddillek ismek minn Sawlu. Għadni niftakar wieħed mill-Patrijiet tagħna, Alla jaħfirlu, jgħidlek b’dak il-leħen solenni tiegħu: Pawlu Sawlu! Dan ismek li kien iriegħed il-kunvent tal-Furjana fejn kont student għal sitt snin sħaħ… Kompli aqra »

X’fettillek Pawl?

Patri Mario Attard OFM Cap

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

X’fettillek Pawl minn fost tant gżejjer
Fettillek taħbat ma’ Gżiritna?
Tgħid biex mas-snin tibqa’ tfakkarna
Fil-wirt għażiż li ħallejtilna?

X’fettillek Pawl tiġi hawn fostna
Meta Kreta kienet l-aqwa tort?
Tgħid biex tiftħilna dawl għajnejna
Li mingħajr Kristu ngħixu fit-tort?

X’fettillek Pawl toqgħod tinqala’
Tissogra ħajtek fuq il-ġifen? … Kompli aqra »

Il-Mediċina

Hawnhekk, fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija, il-Mulej jagħtini l-grazzja li napprezza bil-bosta x-xogħol tant dedikat tat-team mediku kollu. Kemm napprezza bil-kbir il-kura li jagħtuna bħala pazjenti kemm għax hi tal-ogħla kwalità u anki wkoll l-għaliex l-mod kif tingħata hu tassew għaref u li jolqot mill-qiegħ nett il-bżonnijiet ta’ kull persuna.

Filwaqt li nuri l-apprezzament tiegħi lejn kulħadd, ħaddiema Maltin u mhux Maltin, nixtieq ninkoraġġiehom ilkoll ħa jibqgħu dejjem jitgħallmu mhux biss mill-kotba imma, u fuq kollox, mill-minjiera bla tarf tal-esperjenza… Kompli aqra »