Live: Poloz u Reġistrazzjonijiet 2025-2026: Kinder 1 – 14 ta’ Frar 2025, 9:00am
14/02/2025Polza u Reġistrazzjoni 2025-2026: Kinder 1 – Laura Vicuna, 9:00am
Polza u Reġistrazzjoni 2025-2026: Kinder 1 – St Francis San Ġwann, 9:30am Kompli aqra »
…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Polza u Reġistrazzjoni 2025-2026: Kinder 1 – Laura Vicuna, 9:00am
Polza u Reġistrazzjoni 2025-2026: Kinder 1 – St Francis San Ġwann, 9:30am Kompli aqra »
…
Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat qed jiċċelebra 60 sena mit-twaqqif tiegħu fit-3 ta’ Ottubru 1964.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, l-Arċisqof Charles Scicluna żar l-iskola, fejn iċċelebra quddiesa, wieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti u pparteċipa fi djalogu mal-istaff. B’riflessjoni fuq is-silta tal-konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof enfasizza kif il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù tittrasformana għaliex permezz tad-dawl tiegħu, nagħrfu l-verità dwar ħajjitna. Hu qasam kif Alla jsejħilna b’isimna bħala sinjal ta’ mħabbtu għax jaf lil kull wieħed u waħda minna u jieħu ħsiebna permezz tal-Knisja u ta’ dawk ta’ madwarna… Kompli aqra »
L-istudenti tas-Sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl reġgħu ħaddnu l-identità missjunarja tagħhom, billi organizzaw l-avveniment annwali tagħhom ta’ għajnuna li jlaqqa’ flimkien l-istudenti, l-istaff, u l-komunità. Dan l-avveniment tradizzjonali, li jsir darbtejn fis-sena, jilħaq l-impenn tal-Kulleġġ biex irawwem sens ta’ altruiżmu u servizz fost l-istudenti tiegħu. L-avveniment ta’ din is-sena sar f’kollaborazzjonijiet ma’ għaxar istituzzjonijiet u servizzi differenti waqt il-preparazzjoni għall-Milied.
L-istudenti tas-Senior 1 żaru r-Residenza San Vinċenz de Paul, fejn ferrħu lir-residenti anzjani b’għanjiet tal-Milied mill-qalb u attivitajiet interessanti… Kompli aqra »
Matul il-vaganzi ta’ Novembru, grupp ta’ studenti tal-5 sena tas-sekondarja mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, akkumpanjati minn saċerdoti tal-MSSP għamlu xogħol volontarju għal ħamest ijiem f’Ruma mal-komunitajiet ta’ nies li sfaw bla dar.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-istudenti tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl flimkien ma’ studenti mis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof kellhom l-opportunità li jgħixu l-messaġġ tal-Vanġelu, “bħalma għamiltu intom mal-inqas fost ħuti, għamiltu miegħi” (Mattew 25:40)… Kompli aqra »
Nhar it-Tlieta, 29 ta’ Ottubru 2024, żewġ sorijiet Kattoliċi Maltin ġew mistiedna fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Margerita ta’ Verdala, Bormla biex jaqsmu l-esperjenza ta’ ħajjithom mal-istudenti tal-lezzjoni tar-Reliġjon. Iż-żewġ sorijiet, Sr Claudia Pace u Sr Ninette Deguara huma żewġ membri tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani, Qaddejja ta’ Ġesù u Marija.
Sr Claudia Pace hi school chaplain, u Sr Ninette Deguara bħalissa qed tokkupa r-rwol ta’ deputat kap… Kompli aqra »
Il-President tal-Parlament Ewropew żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart.
Dr Roberta Metsola ltaqgħet mal-istudenti tas-sekondarja, fosthom membri tal-Kunsill tal-istudenti u l-Kunsill tal-Ekoskola. Flimkien huma esploraw suġġetti importanti bħad-dinjità tal-bniedem, l-għaqda, l-integrità, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ prinċipju. Dawn il-konverżazzjonijiet enfasizzaw ir-rabta bejn il-valuri personali u r-responsabbiltà ambjentali.
L-istudenti tal-primarja iffukaw fuq kwistjonijiet ambjentali prattiċi. Il-President iddiskutiet il-ħela tal-ikel, u enfasizzat il-fatt li bir-responsabbiltà tal-konsum, wieħed jista’ jgħin kemm lill-ambjent kif ukoll lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »