Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

It‑Tlieta l‑1 ta’ Marzu 2022, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ l‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑Erbgħa 2 ta’ Marzu 2022, Ras ir‑Randan, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa bir-rit tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM ufuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 6 ta’ Marzu 2022, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Ħadd in‑Nies, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tlieta 8 ta’ Marzu 2022, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 13 ta’ Marzu 2022, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tat‑Trasfigurazzjoni, fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tnejn 14 ta’ Marzu 2022, fis‑7pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha jirċievi l‑wegħda taċ‑ċelibat ta’ tliet seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ħamis 17 ta’ Marzu 2022, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ Prof. Dun Peter Serracino Inglott fl‑għaxar anniversarju mill‑mewt tiegħu, fil‑Knisja tal‑Erwieħ, Ħal Tarxien.

Il‑Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra mal‑Arċisqof Alessandro D’Errico, f’quddiesa ta’ radd il‑ħajr fi tmiem il‑ħidma tiegħu bħala Nunzju Appostoliku tas‑Santa Sede għal Malta, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Is‑Sibt 19 ta’ Marzu 2022, fis‑6pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑Kattoliċi barranin residenti f’Malta, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ħadd 20 ta’ Marzu 2022, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM.

It‑Tnejn, 21 ta’ Marzu 2022, fis‑7:30pm, Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’ħin ta’ talb u adorazzjoni maż‑żgħażagħ fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla.

Il‑Ħadd 27 ta’ Marzu 2022, fid‑9:30am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM.