-
-
***
Direttur: Jessie Nelson
Atturi: Diane Keaton, Steve Martin, John Goodman
Ħin: 107 minuti
Maħruġ minn KRS Releasing Limited
Klassifika tal-Gvern: 12A
Klassifika tal-Knisja: 15
Il-familja ta’ Charlotte u Sam Cooper qed jiltaqgħu biex jagħmlu l-ikla ta’ lejliet il-Milied. Charlotte u Sam m’humiex sejrin tajjeb flimkien u qed jaħsbuha jekk jiddivorzjawx. Uliedhom Hank u Eleanor għandhom il-problemi tagħhom ukoll: Hank qed jipprova isib tarf ta’ kif jgħix waħdu issa li ddivorzja minn martu u jinsab bla xogħol u fl-istess ħin jieħu ħsieb tat-tlett uliedu żgħar, filwaqt li Eleanor, li għadha single, għandha l-inkwiet fir-relazzjoni tagħha ma’ raġel miżżewweg u qegħda tipprova tevita li tmur għall-ikla; fl-airport, iżda, tiltaqa’ ma Joe u għalkemm ma’ tafux titolbu jippoża taparsi l-boyfriend tagħha u jmur magħha d-dar tal-ġenituri tagħha. Missier Charlotte, Bucky, huwa raġel minn tagħna u romantiku ħafna, li ħa grazzja ma Ruby, waitress li taħdem fir-restaurant favorit tiegħu u li hi ħafna iżgħar minnhu. Oħt Charlotte, Emma, mhix miżżewġa u tgħir ħafna għaliha, u qedha tipprova tipperswadi pulizzija jħalliha titlaq wara li għarrestha għax inqabdet tisraq. Dak li jirrakkonta l-ġrajja ta’ din il-familja li jiltaqgħu flimkien huwa l-kelb tagħhom, vuċi ta’ Steve Martin.
Film kummiedja li fih il-waqtiet sbieħ tiegħu imma li jippreżenta l-karattri u l-problemi tagħhom b’mod superfiċjali. Kemm Diane Keaton u kemm John Goodman jaħdmu parti tajba ħafna. Il-film fih ħafna ċajt goff u indiċenti, ton anti-kristjan, u kliem ħażin. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.