• Dallas Buyers Club

  • ***

    Direttur:          Jean-Marc Vallee
    Atturi:              Matthew  McConaughey, Jared Leto, Jennifer Garner
    Ħin:                  118 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Fl-1985 f’Dallas, Ron Woodroof ikun electrician iżda jagħmel ukoll xogħol ta’ cowboy bħala part-time. Huwa jgħix ħajja mtajjra, jixrob, jieħu d-drogi u jagħmel sess bla rażan, u fl-istess ħin  lil gays ma’ jaħmilhomx. Din il-kwalita’ ta’ ħajja iżda, tibda tħalli l-effett tagħha fuqu. Meta jkollu aċċident fuq ix-xogħol u jispiċċa l-isptar jiġi mgħarraf li għandu l-AIDS u li baqgħalu biss tletin ġurnata ħajja. Woodroof ma’ jkunx irid jemmen u jirrifjuta l-għajnuna li l-isptar joffrilu. Aktar ma’ l-kundizzjoni tiegħu tmur għal-għar Woodroof ikollu jiffaċċja d-destin tiegħu iżda ma’ jirressanjax ruħhu għas-sentenza tal-mewt li għandu fuqu. Jibda jfittex dwar l-AIDS fuq l-internet u jsib li għalkemm ma’ kien hemm l-ebda kura għal din il-marda kien hemm bosta trattamenti sperimentali li setgħu jtaffu s-sintomi tal-marda u jtawlu l-ħajja. Billi l-FDA (l-aġenzija Amerikana msejħa Food and Drug Administration) kienet qed timxi bil-mod wisq biex tapprova mediċini ġodda, Woodroof imur il-Messiku fejn kien hemm tabib li jkun qed jikkura lil morda bl-AIDS b’diversi mediċini. Huwa jixtri ħafna minn dawn il-mediċini u jerga’ lura f’Dallas. Bil-għajnuna ta’ Rayon, omosesswali transvestit, iwaqqaf id-Dallas Buyers Club, fejn dawk morda bl-AIDS iħallsu somma fix-xahar u jingħataw il-mediċini, li ma’ kienux approvati mill-FDA, b’xejn. Kemm l-FDA, id-dipartiment tat-taxxi u l-isptar jeħduha kontra Woodroof, iżda ma’ jaqtax qalbu u jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu.
     
    Film drammatiku ambjentat fis-snin 80 meta tfaċċat  l-epidemija ta’ l-AIDS, li kellha impatt xokkanti kemm fuq il-vittmi u kemm fuq is-soċjeta’. Il-film hu bbażat fuq l-istorja vera ta’ Ron Woodroof li ħajtu tinqaleb ta’ taħt fuq meta fl-1985 skopra li għandu l-AIDS u jingħata 30 ġurnata biss ħajja, iżda jirnexxielu jgħix sa l-1992. Film maħdum tajjeb, fejn Matthew McConaughey jaħdem parti tassew tajba. Il-film fih ħafna kliem ħażin, xeni sesswali u teħid ta’ droga. Jgħodd għal udjenza adulta.