L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2025 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja, u talba speċjali għal kull xahar tal-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat fl-2025. Id-djarju hu bil-Malti.

Din is-sena l-Arċidjoċesi qed toħroġ ukoll notebook, imfassal bil-ħsieb li jista’ jintuża kemm għall-impenji personali kif ukoll għal riflessjonijiet. Permezz tal-format flessibbli tiegħu, huwa ideali għan-noti, ippjanar u kitba kreattiva. In-notebook m’għandux ġranet u dati u b’hekk jista’ jibqa’ jintuża minn sena għal oħra.

Id-dħul mill-bejgħ se jmur għall-ħidma tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mal-persuni fil-bżonn.

Dettalji tad-djarju:

  • Qoxra iebsa
  • 352 paġna
  • Qies: A5 (15.2cm x 21.6cm x 2.4cm)
  • Paġni biex tippjana x-xahar
  • Dati liturġiċi importanti
  • Kuntatt tal-parroċċi kollha f’Malta
  • Kuntatt tal-entitajiet tal-Knisja
  • Kalendarju 2025 u 2026
  • Magħmul f’Malta

Dettalji tan-notebook:

  • Qoxra ratba b’vers mill-Iskrittura
  • 200 paġna
  • Qies: 24cm x 17cm
  • 150 paġni bil-linji
  • 25 paġni bit-tikek
  • 25 paġni vojta
  • Notebook mingħajr dati – jista’ jintuża s-sena kollha
  • Magħmul f’Malta

Ordna d-djarju u n-notebook tiegħek