-
-
Fit-3 ta’ Ġunju li ġej, kull ċittadin għandu responsabbiltà li jagħżel lil min se jafda t-tmexxija ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jgħidu li din hi responsabbiltà serja li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata, u li nivvutaw skont il-kuxjenza.
L-Isqfijiet jgħidu wkoll li din ir-responsabbiltà titlob minna li nagħżlu persuni ta’ għaqal u integrità, li jgħożżu u jħaddnu l-valuri etiċi li nemmnu fihom bħala Insara. Ewlieni fosthom hu l-valur tal-ħarsien tal-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha sat-tmiem naturali tagħha, u tar-rispett lejn id-dinjità ta’ kull bniedem.
L-Isqfijiet ipoġġu quddiemna l-mistoqsija: “x’tip ta’ soċjetà rridu għalina lkoll u għall-ġenerazzjonijiet futuri?” Jgħidulna li bil-vot tagħna fl-Elezzjoni Ġenerali, ser nagħtu tweġiba għal din id-domanda.
Agħfas hawn biex taqra l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għall-Elezzjoni Ġenerali 2017.