-
-
****
Direttur: Theodore Melfi
Atturi: Taraji P. Henson, Octovia Spencer, Janelle Monae, Kevin Costner, Kirsten Dunst u Jim Parsons
Ħin tal-Film: 127 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG
Fl-1961, Katherine Goble, matematika, taħdem bħala “komputer” ġewwa Langley Research Center f’Hampton, Virginia. Flimkien ma’ Mary Jackson u Dorothy Vaughan kienu jahdmu fil-West Area Computers Division. F’dik is-sena, r-Russi rrnexxielhom itellgħu satellita fl-ispazju. Dan is-suċċess Russu poġġa pressjoni kbira fuq in-NASA, l-aġenzjija li kienet qegħda tagħmel ħilitha biex tibgħat astronawta fl-ispazju. Kienet daqqa ta’ ħarta għal Amerika li r-Russi kienu l-ewwel li għamlu dan. Vivian Mitchell, supervajżer, assenjat lil Katherine biex tmur tgħin lil AI Harrison li kien immexxi l-Grupp Space Task. Kienet l-ewwel mara Afrikana-Amerikana li ngħaqqdet ma’ dan il-grupp ta’ xjenzati fi blokk bini li ma kienx hemm kamra tal-banju għas-suwed. Katherine biex tinqeda kellha tmur nofs mil ‘l bogħod. L-irġiel li bdiet taħdem magħhom, xejn ma ħadu pjaċir bil-preżenza tagħha fosthom l-inġinier prinċipali Paul Stafford. Sadanitant Dorothy talbet uffiċjalment biex tiġi rrikonoxxuta bħala supervajżer uffiċjali, talba li ġiet irrifjutata. Mary minnaħa tagħha tidentifika żball fil-kapsula esperimentali u għalhekk tiġbed l-attenzjoni tal-awtorita’. Mary kienet ħerqana li tikseb il-lawrja fl-enġinerija. Waqt B-B-Q, Katherine, li kienet armla bi tliet itfal, tiltaqa’ ma’ Jim Johnson, uffiċjal fl-armata Amerikana u dawn jinġibdu lejn xulxin. Minnaħa l-oħra, Harrison jitlob lill-ħaddiema tiegħu biex jippruvaw isolvu ekwazzjoni matematika komplessa. Katherine tidħol għalija biex isolvi din il-problema. Meta l-astronawti tal-Mercury 7 marru għal żjara ġewwa Langley wrew interess kbir fil-ħaddiema Afrikani-Amerikani li kienu jaħdmu fil-West Area Computers. Sadanittant, maż-żmien, Katherine ssir taf aħjar lil sħaba ta’ fuq ix-xogħol. Il-ħila li bdiet turi biex isolvi problemi komplesi matematiċi bdiet tati l-frott tagħha. X’jiġri minn hawn? Il-pressjoni fuq l-programm spazjali kien dejjem jikber. Tgħid sejrin jirnexxu l-Amerikani li jtellgħu l-ewwel astronawta fl-ispazju? X’jiġri minn dawn it-tliet “figuri moħbija” li bdew juru ħila kbira f’dan il-programm spazjali?
Film Amerikan, bijografiku, hu taħt id-direzzjoni ta’ Theodore Melfi , kitba ta’ Melfi u Allson Schroeder. Fil-film joħorġu ċari l-inġustizzji li kienu jeżistu għall- Afrikani-Amerikani fejn kienet teżisti segregazzjoni. Film interessanti hafna li joħloq b’suċċcess it-tensjoni li kienet teżisti bejn l-Amerika u r-Russja fl-eqqel tal-Gwerra Bierda.