• ***

    Direttur: Aleksander Bach

    Atturi: Rupert Friend, Hannah Ware, Zachary Quinto, Ciaran  Hinds, Thomas Kretsehmann u Angelababy

    Ħin tal-Film: 96 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Il-Hitman jew aħjar kif inhu magħruf l-Aġent 47,  hu aġent sigriet li jaħdem ma’ aġenzija ta’ l-għola segretezza mhux governativa msejjħa: The International Contracts Agency. Ix-xogħol ewlieni  ta’ din l-aġenzija hi li twetaq assasini ta’ nies prominenti li jkunu ta’ periklu għas-soċjeta’. L-Aġent  47 hu wieħed minn aġenti oħra li ġew maħluqa biex iwettqu missjonjiet diffiċli. Il-fatt li dawn kellhom saħħa fenominali, stamina, intelliġenza u bla ruħ  kienu jidħlu għal kull avventura li ftit kienu dawk li ma jirnexielhomx fil-pjan tagħhom li jwaqqfu lil xi għadu tagħhom. L-Aġent 47 kont tagħrfu minħabba li fuq wara ta’ rasu kien hemm in-numru tar-registrazzjoni tiegħu. Għal din id-darba,  il-missjoni fdata f’idejħ kienet li jfittex u ssib ix-xjentist li għamilha possibbli li hu u oħrajn bħalu, ikunu maġni qattiela u hekk ixxejnu kull forma ta’ ħażen.  L-importanza li ssib ix-xjentist hu,  minħabba l-fatt,  li hemm Korporazzjoni Sindikali, taħt it-tmexxija ta’ Thomas Kretschmann,  li ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha Aġenti hekk b’saħħithom. L-għan ta’ dan is-Sindikat kien li jakkwista l-informazzjoni kollha biex ikun jista’ jibni aġenti li ħadd ma seta’ għalihom. Kien Sindikat terroristiku li kien jittama li  jekk ikollhom f-idejħhom ix-xjentist,  ikunu f’qagħda  li joħolqu huma stess aġenti biex iġibu fix-xejn is-CIA li kienet taħt it-tmexxija ta’  John Smith. L-Aġent 47 isib l-għajnuna ta’  Katia van Dees, Aġent 90, li kienet tiġi it-tifla tax-xjentist Dr. Litvenko, il-fundatur tal-programm.  Katia ngħaqqdet ma’ l-Aġent 47 għaliex hi stess xtaqqet ħafna li tiltaqa’  ma’  missierha li kien abbandunha  meta kienet għada tifla żgħira. Tgħid jirnexxielhom isibuh qabel mas-Sindikat jaħtfu hu?

    Film Amerikan – Ġermaniz,  taħt id-direzzjoni ta’ Aleksander Bach u kitba ta’ Skip Woods u Michael Finch, hu mimli azzjoni li iħallik bla nifs. Il-film hu msejjes fuq il-vidjowgejm Hitman u llaqqgħana ma’ wiehed mill-Aġenti maħluqa minn xjentist Dr. Litvenko,  bl-isem ta’  Aġent 47. Il-missjoni tiegħu hi li flimkien ma’ Katia, it-tifla tax-xjentist, isib lil dan ix-xjentist qabel mas-Sindikat Terroristku jaħtfu  hu għal skopijiet terroristiċi. Minħabba vjolenza brutali, qtil bil-goff u kiesaħ u biered, kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax –il sena.