• ****

    Direttur:        Dean DeBlois
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Jay Baruchel, Cate Blanchett, Gerard Butler
    Ħin:                102 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:   U
    Klassifika tal-Knisja:        UPG
     
    Fl-ewwel film, “How to Train Your Dragon”, wara li Viking żgħażugħ, Hiccup, salva dragun li semmih ‘Toothless’, huwa wera lin-nies ta’ pajjiżu fuq l-gżira ta’ Berk li d-draguni m’humiex tal-biża’. Issa dawn in-nies jgħixu f’armonija mad-draguni. Iż-żgħażagħ ta’ Berk joqgħodu jtellqu u jilgħabu fuq dahar id-draguni, iżda Hiccup, issa ta’ 20 sena, ma jieħux sehem f’dan il-logħob. Missieru Stoick hu ħerqan li Hiccup jilħaq il-kap ta’ Berk warajh, iżda Hiccup ma jidhirx li hu interessat f’din il-ħaġa; hu aktar interssat li joqgħod jiskopri d-dinja flimkien mat-tfajla tiegħu Astrid. Waqt li jkunu jduru jiltaqgħu ma’ Eret li flimkien man-nies tiegħu joqgħodu jaqbdu d-draguni biex jagħtuhom lil viljakk Drago Bludvist li qed jifforma armata ta’ draguni. Minkejja li missierhu jordnalu biex iħallih lil Drago, Hiccup jitlaq biex ifittxu bil-għan li jipperswadih biex ma jużax id-draguni għal ġlied. Waqt li jkun itir fl-għoli fuq dahar Toothless, Hiccup jilmah persuna mgħammda li wara jiskopri li tkun l-omm li qatt ma jkun ra; hija tieħdu f’santwarju sigriet fejn għadd kbir ta’ draguni, xi wħud feruti, ikunu protetti minn dragun ġigantesk imsejjah Alpha. Fl-aħħar Hiccup, bl-għajnuna ta’ ommhu u missierhu u sħabhom, jeħduha kontra Drago.
     
    Film animat fi 3D. Film interessanti, ikkulurit u movimentat, b’messaġġ pożitiv dwar lealta’, ħbiberija u l-għaqda tal-familja, kif ukoll dwar il-ħarsien ta’ l-annimali. Fih xi xeni ta’ ġlied u qtil li jistgħu ibezzugħ it-tfal iż-żgħar. Għaldaqstant it-tfal għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.