-
-
“It-tentazzjonijiet li għalihom aħna esposti għalihom huma ħafna. Kull wieħed u waħda minna jaf x’inhuma d-diffikultajiet li jrid iħabbat wiċċu magħhom. Ir-Randan hu żmien prezzjuż biex inneżżgħu l-maskra ta’ dawn it-tentazzjonijiet u oħrajn, waqt li nħallu l-qalb tagħna terġa’ tibda tħabbat mat-taħbita tal-qalb ta’ Ġesù.” B’din il-frażi, il-Papa Franġisku beda l-omelija tal-Erbgħa tal-Irmied u stieden lin-Nisrani sabiex jaħseb u jgħix dawn it-tliet kelmiet: ieqaf, ħares u erġa’ lura.
Ieqaf ftit u agħmel pass lura mill-istorbju u r-rutina tal-ħajja, mill-bżonn li tidher u jarak kulħadd, mill-urġenza li tħoss li trid tikkontrolla kollox, mis-sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-tentazzjoni; li jistgħu jwasslu biex jeqirdu l-ħin mal-familja, mal-ħbieb, mal-ulied, man-nanniet, magħna nfusna u ma’ Alla.
Ħares lejn il-ħafna uċuħ tan-nies ta’ madwarek; uċuħ ħajjin tat-tama u tat-tjieba ta’ Alla li jaħdem f’nofsna. Fittex is-sinjali li jżomm ħajja l-fjamma tal-fidi u tat-tama.
Erġa’ lura mingħajr biża’ f’dirgħajn il-Mulej, li l-ħniena tiegħu hi bla limitu. Dan hu ż-żmien biex tħallih imiss il-qalb tiegħek.