-
L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għat-tqassim ġust u ekwu tal-ġid komuni u staqsa jekk il-ġid tas-soċjetà tagħna hux qed joħloq żbilanċ ekonomiku fil-pajjiż, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qiegħda dejjem tikber.
L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas lill-membri dgħajfa tas-soċjetà tagħna, huwa aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li skont l-NSO, il-persuni li fl-2016 kienu fir-riskju ta’ faqar laħħqu d-69,920.
“Ir-rwol ta’ gvern hu li jiżgura li ċ-ċittadini Maltin ikomplu jgawdu livell ta’ għajxien dinjituż f’pajjiżhom. Dan jinkludi wkoll il-ħila ta’ familji bi dħul baxx, koppji żgħażagħ li qed jibnu familji tagħhom, u pensjonanti, li jgawdu djar diċenti fejn jgħixu, nutrizzjoni xierqa, edukazzjoni tajba u servizzi tas-saħħa.”
Agħfas hawn biex tara/taqra l-omelija tal-Arċisqof dwar li Nippromwovu l-Ġid Komuni.