Membri
-
- Mons. Charles Jude Scicluna, Arċisqof ta’ Malta (President)
- Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex
- Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju ta’ Malta
- Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu
Segretarju
Il‑Konferenza Episkopali Maltija hija magħmula mill‑isqfijiet taż‑żewġ djoċesijiet: l‑Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna, li huwa l-president tal‑istess Konferenza, l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi. Jattendi wkoll Patri Michael Bugeja SJ, il‑president tal‑Kunsill Superjuri Maġġuri tar‑Reliġjużi (KSMR).
Il‑Konferenza Episkopali tiltaqa’ regolarment sabiex takkumpanja l‑mixja tal‑poplu Malti fil‑ġrajjiet li jkun għaddej minnhom, tieħu deċiżjonijiet fuq materji komuni għaż‑żewġ djoċesijiet u tirrifletti fuq sfidi u opportunitajiet li jkun għaddej minnhom il‑poplu Malti inġenerali sabiex l‑isqfijiet ikunu jistgħu jagħtu l‑kontribut tagħhom fid‑dawl tal‑Evanġelju.
Il‑Konferenza Episkopali Maltija tifforma wkoll parti mill‑Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE) kif ukoll mill‑Kummissjoni tal‑Konferenzi Episkopali tal‑Unjoni Ewropea (COMECE).