• Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Frar

  • Mark 8,22-26

    Waslu Betsajda, u ħadu quddiem Gesu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?” Dak ħares ‘il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin.” Mbagħad raġa’ qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll. Bagħtu lura lejn daru, u qallu: “Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal.”

    Il-Qaddis tal-jum: San Bonifacju ta’ Lausanne