• Il-Vanġelu tal-jum – 26 ta’ Mejju

  • Gwann 15,26-16,4

     
    “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. “Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. Imma dan kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.

     
     
    Il-Qaddisa tal-jum: San Fileppu Neri, Presbiteru