Mattew 9,27-31
Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina !” Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Qalulu: “Iva, Mulej.” Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: “Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan.” Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma’ dak il-pajjiż kollu.