• Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Jannar

  • Luqa 4, 14-22
    Ġesù, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, Bagħatni dawl mill-ġdid lill-għomja, nrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.” U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan m’huwiex bin Ġużeppi?”

    Il-Qaddis tal-jum: San Adrian ta’ Canterbury