-
-
Fil-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jfakkarna li dan huwa żmien fejn ruħna terġa tiġġedded bl-atti ta’ karità, tat-talb u tas-sawm. Jgħid li r-Randan huwa “stedina kontinwa biex nindmu u nemmnu fil-Bxara t-tajba”. Fil-messaġġ tiegħu għar-Randan, il-Papa Franġisku jisħaq dwar il-virtù tal-karità u jistedinna biex “nagħrfu niftħu l-bibien tagħna għad-dgħajjef u għall-fqir”. Il-Papa jfakkarna li “l-Ispirtu s-Santu jmexxina lejn it-triq vera tal-konverżjoni, biex niskopru mill-ġdid id-don tal-Kelma ta’ Alla, nissaffew mid-dnub li jagħmina u naqdu lil Kristu preżenti f’ħutna fil-bżonn”. Dan ir-Randan, min huma ħutek fil-bżonn?
Aqra l-messaġġi tal-Papa Franġisku u tal-Arċisqof Scicluna għall-bidu tar-Randan 2017.