L-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’, is-sitt volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2020. Dan il-ktieb ta’ 700 paġna jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra.
Permezz tal-kelma tiegħu msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistedinna nieħdu ħsieb ta’ xulxin bi kwalunkwe mod possibbli u ma ninsewx dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Il‑ktieb sar bil-għajnuna finanzjarja ta’ APS Bank plc.
Min jixtieq jakkwista l-ktieb jista’ jidħol knisja.mt/kelmatahabib.